Dettalji Bankarji

Minn dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kif titħallas. Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-DSS permezz ta’ ċekk, tista' tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Jekk diġà qed titħallas permezz ta’ depożitu l-bank, tista' tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont, liema kont irid ikun dejjem kont ta' tfaddil jew depożitu fiss, imma mhux kont ta' self. Minn dan is-servizz ma tistax tbiddel id-dettalji lura sabiex titħallas permezz ta' ċekk. Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tieġħek.

 Jekk jogħġbok stenna ftit...