Dettalji ta' Kuntatt

Minn dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jista' jagħmel kuntatt miegħek. Id-dettalji li tista’ tbiddel huma l-indirizz kurrenti li jkun irid jirrifletti l-indirizz skont il-Karta tal-Identita’, kif ukoll l-imejl, in-numru tat-telefown u n-numru tal-mowbajl. Jekk tipprovdi numru tal-mowbajl tkun tista' wkoll tindika jekk tixtieqx tirċievi notifiki permezz tal-SMS. Dan is-servizz jagħtik il-faċilita’ li jirrifletti t-tibdil tal-indirzz tiegħek u lill-membri tal-familja li jkunu assoċjati miegħek fis-sistema tas-Sigurta’ Soċjali, jekk għandek xi restrizzjonijiet japplikaw. Jekk int persuna li qeda tgħix barra minn Malta u dan huwa diġà magħruf mad-Dipartiment, int għandek ukoll il-faċilità li tbiddel l-indirizz barrani tiegħek. Minħabba restrizzjonijiet amministrattivi, tibdil minn indirizz Malti għal indirizz barrani u viċi versa ma jistgħux iseħħu minn dan is-servizz.






Iva      Le