Kalkulatur tal-Benefiċċji – Ċaħda ta’ Responsabbiltà

Dan il-kalkulatur huwa għodda li tippermettilek iddaħħal informazzjoni li minnha tinħadimlek projezzjoni mhux uffiċjali għall-benefiċċju tiegħek. Din m’hijiex stima uffiċjali u m’hemm l-ebda garanzija li int se tirċievi dawn l-ammonti. Il-preċiżjoni tal-istima tal-benefiċċju tiddependi minn kemm l-informazzjoni mdaħħla tkun viċin tal-informazzjoni fattwali fil-futur. Il-kalkulatur juża l-informazzjoni li ddaħħal u ma jikkomparax din l-informazzjoni mal-kont attwali tiegħek. Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali li tirċievi jrid jiġi kkalkulat skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).


Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jżomm dik l-informazzjoni kollha li hija relevanti sabiex jagħti s-servizzi meħtieġa lil dawk il-persuni li jikkwalifikaw għal xi assistenza, benefiċċju jew pensjoni mhux kontributorja, skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318). Id-Dipartiment jista’ jivverifika l-informazzjoni li inti ssottomettejt kif jipprovdi l-Artiklu 133(b) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex jiżgura l-eżattezza fir-rigward tat-talba. Id-data personali tista’ tingħata lil dipartimenti jew terzi partijiet, li jistgħu jkollhom aċċess għad-data personali tiegħek kif tippermetti l-liġi. Fil-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-frodi, id-Dipartiment jista’ jgħaddi lil istituzzjonijiet barranin ta’ benefiċċji, l-informazzjoni personali kif stipulat fi trattati internazzjonali u/jew ftehim bilaterali li Malta tagħmel parti minnhom. Tingħata risposta dwar ir-riżultat tal-applikazzjoni tiegħek wara li din tkun mistħarrġa. Biex jipproteġi l-privatezza tiegħek, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jittratta l-informazzjoni personali tiegħek skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440). Int tista’ tikteb biex tkun taf x’informazzjoni personali għandu dwarek id-Dipartiment, u eventwalment titlob biex l-informazzjoni tiġi korretta jew fejn applikabbli titħassar informazzjoni li mhix korretta, b’referenza għat-talba li għamilt. Din it-talba trid tintbagħat lil: “Kontrollur ta’ Data Personali” f’dan id-Dipartiment u azzjoni neċessarja tittieħed mill-aktar fis possibbli. Meta tikteb f’dan ir-rigward, jekk jogħġbok niżżel in-numru tal-karta tal-identità tiegħek, in-numru tas-sigurtà soċjali tiegħek, ismek, l-indirizz, kif ukoll xi dokumenti oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex nidentifikaw il-każ tiegħek.


Kif tuża dan is-servizz.


Għafas Hawn għal aktar informazzjoni.